L-Att dwar il-Governanza tad-Data għat-Trasformazzjoni Diġitali tal-UE
L-Att dwar il-Governanza tad-Data approvat mill-Kunsill tal-UE fis-16 ta’ Mejju, jistabbilixxi l-bażi għal mod Ewropew ġdid ta’ governanza tad-data skont ir-regoli tal-UE. Id-DGA hija l-ewwel inizjattiva leġiżlattiva adottata taħt l-istrateġija Ewropea għad-data u tfittex li toħloq qafas li jiffaċilita t-tqassim tad-data. Dan se jsir permezz tal-introduzzjoni ta’ regoli ġodda għall-korpi tas-settur pubbliku, is-servizzi tal-intermedjazzjoni tad-data, u l-organizzazzjonijiet tal-altruwiżmu tad-data.
Ir-regoli l-ġodda se jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni diġitali tal-UE billi:
- jgħinu lin-negozji jaċċessaw il-big data li jistgħu jużaw biex jiżviluppaw prodotti u servizzi ġodda;
- itejbu l-użu tad-data miġbura f’xi oqsma tas-settur pubbliku;
- jgħinu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni tad-data jiġu rikonoxxuti bħala organizzaturi ta’ data affidabbli; u,
- jagħtu l-appoġġ lill-kumpaniji, individwi u organizzazzjonijiet pubbliċi fl-adozzjoni ta’ altruiżmu fit-tqassim tad-data.
L-Att issa jrid jiġi ffirmat mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE. Imbagħad jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biex jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni.
Biex tkun taf aktar dwar dan u oqsma politiċi ewlenin oħra tal-istrateġija diġitali tal-UE, jekk jogħġbok żur hawn.