Kif il-COVID-19 qed ibiddel l-UE
Il-pandemija tal-COVID-19 qalbet l-Unjoni Ewropea ta’ taħt fuq. Meta l-ewwel mewġa ta’ infezzjonijiet laqtet lill-UE fl-24 ta’ Jannar, l-Unjoni daħlet f’perijodu ta’ delużjoni. Matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Frar, meta l-infezzjonijiet żdiedu dramatikament fl-Italja, id-delużjoni nbidlet f’improvizzazzjoni egoista.
Bis-solidarjetà Ewropea ridotta fi frak u s-swieq jirreaġixxu b’mod nervuż, il-mexxejja finalment irrispondew fl-10 ta’ Marzu. Minn nofs Mejju ‘l quddiem, ingħatat bidu għar-raba’ fażi: l-UE bdiet lilha nnifisha mill-ġdid għall-futur. Fit-18 ta’ Mejju, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel u l-President Franċiż Emmanuel Macron wittew it-triq għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea bl-isem ta’ Il-Ġenerazzjoni li Jmiss u fl-aħħar mill-aħħar għall-ftehim tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Lulju. Dawn kienu sitt xhur li bidlu l-Unjoni Ewropea. Il-pandemija COVID-19 kienet test kruċjali għall-UE u għall-istati membri tagħha.
L-ewwel, il-COVID-19 espona l-limiti tal-kapaċità tal-UE, kemm fir-rispons ta’ emerġenza għal perijodu qasir u għall-previżjoni fit-tul. Kull kriżi ta’ saħħa f’dawn l-aħħar ftit snin waslet għal għodda ta’ rispons aħjar. Din il-kriżi mhix eċċezzjoni. Imma minħabba l-impatt kbir bejn fruntiera u oħra fuq iz-zona Schengen, irid isir iżjed ma jkunx hemm ripetizzjoni tal-esperjenza kaotika fit-tmexxija tal-fruntieri li rajna matul il-kriżi. It-tisħiħ fil-kapaċità tal-previżjoni tal-UE huwa importanti. L-UE issa għandha viċi-president tal-kummissjoni li huwa nkarigat mill-previżjoni, is-Servizz Estern tal-Azzjoni għandu taqsima għall-ippjanar tal-policies, u l-ministri nazzjonali għall-affarijiet barranin jinvestu bil-kbir fil-previżjoni. Huwa l-waqt li dawn il-biċċiet jingħaqdu flimkien u jkun ċert li ma jkunux imwarrbin meta niġu għat-teħid tad-deċijonijiet.
It-tieni, il-COVID-19 żvela għal darb’oħra kemm l-UE tiddependi mill-oħrajn, għal kollox minn maskri Ċiniżi sa prodotti farmaċewtiċi Indjani sa għodda tal-videoconferencing ibbażati fuq l-Istati Uniti jew software tal-contract tracing. Huwa ż-żmien biex is-sovranità Ewropea tingħata spinta. Dan, madankollu, għandu jsir b’mod smart. Eżempju wieħed: l-investimenti barranin ikunu screened. Smart ifisser ‘koordinat’, li fid-dawl tal-14-il mekkaniżmu differenti dwar l-iscreening li huma disponibbli, mhuxiex il-każ. Smart ifisser ukoll: ‘protezzjoni mingħajr protezzjoniżmu’. Wara kollox, ilkoll neħtieġu miljuni ta’ impjiegi li dawn l-investimenti barranin joħolqu – 16-il miljun fl-2017 biss.
It-tielet, l-UE m’għandhiex toqgħod lura milli tippromwovi l-mudell tagħha stess. Meta tkun f’sitwazzjoni diffiċli bejn is-saħħa u l-ġid, il-mexxejja Ewropej, b’mod ġenerali, urew l-importanza li jkunu salvati l-ħajjiet u li d-drittijiet fundamentali jkunu mħarsa. Il-virus m’għandux jinfetta d-demokraziji tal-Ewropa. Rabta qawwija mad-drittijiet tal-privatezza, per eżempju, tifred lill-Ewropa minn pajjiżi oħrajn mhux Ewropej. Matul il-kriżi, l-UE ukoll uriet rwol ta’ tmexxija internazzjonali ta’ kompassjoni, per eżempju, billi laqgħet konferenza importanti u billi waqqfet pont umanitarju fl-ajru. Kruċjalment importanti, speċjalment meta – għall-ewwel darba mit-Tieni Gwerra Dinjija – ħadd ma stenna li l-Istati Uniti tmexxi.
Ir-raba’, l-ekonomija. L-azzjonijiet fix-xiri tal-bonds tal-Bank Ċentrali Ewropew – kważi seba’ darbiet aktar mill-isforzi li saru fis-snin wara l-2010 sabiex l-Ewro tkun salvata – kienu kruċjaki biex l-ekonomija Ewropea tinżamm ħajja. Bit-twaqqif ta’ strument dwar id-dejn komuni, appoġġjat b’sorsi ta’ dħul Ewropej ġodda, l-UE estendiet iżjed l-għodda ekonomiċi tagħha.
Dan għandu jkun kumpensat b’ritorn mgħaġġel tar-regolamenti dwar l-għajnuna tal-istat sabiex tkun evitata ‘diskrepanza’ ta’ irkupru bejn l-istati membri, bl-animazzjoni mill-ġdid tal-patt ta’ stabbiltà u tkabbir u b’koordinament suffiċjenti li fuq setturi strateġiċi sabiex ikun jista’ jsir investiment, b’innovazzjoni, diġitali u ambjentali ovvjament ikunu fuq nett.
Finalment, l-ambjent. Il-COVID-19 kien sa ċertu sens kriżi ambjentali. Issa huwa l-waqt li tingħata enfasi b’ħafna iżjed intensità fuq il-bidla fil-klima. Il-Ftehim Ekoloġiku Ewropew issa jrid jitfassal. Dawn il-prijoritajiet kollha huma – sa punt li jvarjaw – riflessi fil-ftehim tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Lulju. Ftehim li, tabilħaqq, mhux perfett. Iżda huwa l-waqt li nimxu ‘l quddiem. Fix-xhur li ġejjin, forsi anki fil-ġimgħat li ġejjin – ma jkunx hemm nuqqas ta’ kriżijiet.
It-theddida tal-immigrazzjoni llegali għadha preżenti. Il-konflitt armat qrib il-kontinent Ewropew jista’ jikber iżjed. L-inugwaljanza qed tgħolli rasha, ukoll fi ħdan l-UE. Il-populiżmu wkoll se jgħolli rasu, fejn se jkun qed jisfrutta d-diffikultajiet soċjo-ekonomiċi kawżati mill-pandemija. U l-virus qattiel li jmiss mhux qed itawwal iż-żmien. Huwa biss meta tikseb l-aħjar tagħlimiet li UE ġdida tkun kapaċi tipprepara għal dak li hu ġej, u tieħu rwol ta’ tmexxija dinjija li mhix lussu imma neċessità.