Isejħu għal dħul minimu madwar l-Ewropa
L-introduzzjoni ta’ skemi minimi fl-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea hi waħda mill-aktar modi effettivi sabiex in-nies jinqalgħu mill-faqar. Skont statistika tal-Eurostat, 118.8 miljun persuna fl-Unjoni Ewropea huma fir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.
Ewroparlamentari fil-Kumitat tal-Impjiegi fissru li diversi pajjiżi Ewropej diġa’ għandhom skemi dwar id-dħul minimu, imma dawn mhux dejjem jipprovdi appoġġ adekwat lil dawk fil-bżonn. Il-Kumitat tal-Impjiegi, għalhekk, iħeġġeġ lill-istati membri kollha biex jintroduċu dħul minimu u, jekk hu possibbli, jaġġornaw l-iskemi eżistenti.
Sabiex l-iskemi minimi dwar id-dħul ikunu effettivi, il-Kumitat tal-Impjiegi jipproponi, fost oħrajn, li:
– Jitwaqqaf id-dħul minimu bl-użu tal-Eurostat at-risk-of-poverty threshold u indikaturi oħrajn;
– It-tisħiħ ta’ skemi li jkunu addattati sabiex jikkorrispondu aħjar lil dawk l-aktar vulnerabbli;
Skemi dwar id-dħul minimu għandhom jinkludu appoġġ finanzjarju b’aċċess aħjar għas-servizzi soċjali u pubbliċi bħal, il-housing, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ. L-ewro parlamentari jisħċu li dawk li jistgħu jaħdmu għandhom jingħataw assistenza billi jiksbu aċċess għas-suq tax-xogħol.
Laura Agea, Rapporteur (EFDD, IT), qalet: “Illum ma rridux noħolqu dibattitu dwar il-kwistjoni, imma wkoll nobbligaw lill-Kummissjoni biex tieħu pożizzjoni b’saħħitha fuqha. Il-faqar u l-esklużjoni soċjali mhumiex ta’ stati membri individwali, iżda jirriflettu l-qagħda tal-Ewropa, li teħtieġ li tipprovdi tweġibiet għal din l-emerġenza. Nipproponu li nirrestrinġu l-impatt soċjali tal-kriżi u ninkoraġġixxu policies dwar impjieg attiv.