Il-Fastidju Sesswali fil-Post tax-Xogħol
Il-fastidju sesswali hu kontra l-liġi taħt l-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs 2010.
Il-fastidju sesswali hu mġieba sesswali mhux mixtieqa, li tkun mistennija tagħmel lil dak li jkun offiż, umiljat jew intimidat. Tista’ wkoll tkun fiżika, verbali jew miktuba.
Il-fastidju sesswali mhux interazzjoni b’kunsens, jew ħbiberija. Il-fastidju sesswali mhix imġieba maqbula b’mod reċiproku.
Il-fastidju sesswali hu kopert fil-post tax-xogħol meta jseħħ:
- Fil-post tax-xogħol;
- F’avvenimenti relatati max-xogħol jew fejn il-persuni qed jagħmlu funzjonijiet relatati max-xogħol;
- Bejn persuni li għandhom x’jaqsmu mal-istess post tax-xogħol.
Inċident wieħed hu biżżejjed biex jikkostitwixxi fastidju sesswali – jista’ ma jkunx ripetut.
L-irġiel jesperjenzaw il-fastidju sesswali, imma b’mod sproporzjonat jaffettwa lin-nisa, speċjalment fil-post tax-xogħol. (Il-Kummissjoni Awstraljana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem irrappurtat li waħda minn kull ħames nisa f’xi ħin jesperjenzaw il-fastidju sesswali fil-post tax-xogħol.)
Nirrispondu l-fastidju
L-inċidenti kollha tal-fastidju sesswali – ma jimpurtax kemm huma kbar jew żgħar jew min hu involut – jeħtieġu lil min iħaddem jew lill-managers biex iwieġbu malajr u b’mod xieraq. Sempliċiment għax xi ħadd ma joġġezzjonax għal imġieba mhux xierqa fil-post tax-xogħol, ma jfissirx li qed jagħti l-kunsens għall-imġieba.
Il-Liġi
Il-fastidju sesswali hu kontra l-liġi taħt il-Liġi dwar l-Opportunitajiet Indaqs. Xi tipi ta’ fastidju sesswali jistgħu jkunu offiżi taħt il-liġi kriminali. Dawn jinkludu espożizzjoni indiċenti, vjolenza sesswali u komunikazzjoni oxxena jew ta’ theddid, bħal telefonati, ittri, emails, messaġġi bil-mowbajl u posts fuq siti tal-media soċjali.
Min iħaddem għandu jikkunsidra jirrapporta offiżi kriminali lill-Pulizija.