Ftit wisq, bil-mod wisq, tard wisq
Il-Membri Parlamentari Ewropej li dan l-aħħar ġew Malta biex jinvestigaw l-implimentazzjoni tar-riformi dwar is-saltna tad-dritt li kienu inbdew wara l-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ma kienu impressjonati xejn.
Meta kienet qed indirizzata konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem iż-żjara ta’ tlett ijiem li matulha ltaqgħu mal-ogħla awtoritajiet Maltin, il-kap tad-delegazzjoni, Sophie IN ‘T Veld esprimiet id-diżappunt tagħha minkejja l-isforzi li saru, is-sitwazzjoni baqgħet kważi dik li kienet qabel. Hi qalet li l-proċess ġudizzjarju f’Malta baqa’ jimxi “bil-mod immens”. Filwaqt li f’pajjiżi bħas-Slovakkja, il-każ tal-qtil tal-ġurnalist Jan Kuciak li nqatel fl-2018 – wara Caruana Galizia – ingħalaq, f’Malta l-allegat moħħ għadu ma nstabx ħati. Barra minn hekk, dan is-sentiment jinħass fis-sistema ġudizzjarja kollha. Minkejja ż-żieda fin-numru ta’ mħallfin u maġistrati u l-mekkaniżmu ġdid għall-ħatra tagħhom li m’għadux jiddependi fuq deċiżjonijiet politiċi, huwa essenzjali li każi li jinvolvu reati finanzjarji u ekonomiċi, speċjalment il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, ma jieħdux fit-tul.
Intant, il-korp tal-pulizija reġa’ kien fl-aħbarijiet għar-raġunijiet ħżiena fost evidenza inkwetanti li ċertu investigazzjonijiet jew twarrbu jew inkella ħadd ma ried jirfes il-kallu ta’ xi ħadd. Filwaqt li mhux se biex ngħidu li kien hemm indħil politiku, ċertu mistoqsijiet jeħtieġ li jiġu mwieġba. Għaliex inħareġ il-mandat ta’ arrest internazzjonali għas-sid ta’ More Supermarket Ryan Schembri ħareġ seba’ snin wara li għeb? Bl-istess mod, tqajmu mistoqsijiet fuq kif Iosif Galea tħalla jitlaq minn Malta diversi drabi minkejja li qed jiġi investigat dwar reati serji ħafna. Il-fatt li kien arrestat waqt li kien fuq btala fl-Italja ma’ grupp li kien jinkludi lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat ikompli jqajjem tħassib. Il-fatt li infetħet investigazzjoni interna mill-pulizija ftit li xejn hu ta’ konsolazzjoni. Il-fatt li każi bħal dawn għadhom jiġru qed inaqqas il-fiduċja fl-istituzzjonijiet Maltin, jekk mhux f’għajnejna, żgur f’għajnejn id-dinja.
Biex tintemm il-kultura ta’ impunità li ssemmiet fl-inkjesta pubblika ta’ Daphne Caruana Galizia jeħtieġ li kulħadd jirrikonoxxi li hawn ċertu problemi inkluż il-partiti politiċi, riformi ġenwini u deċiżjonijiet politiċi kuraġġużi. Ir-riformi waħedhom iservu biss ngħidu għamilna xi ħaġa għax l-eżami vera hu meta l-bidla ssir fis-saffi kollha tas-soċjetà. Sakemm jasal il-jum meta l-kawżi fil-qorti jispiċċaw fi żmien raġonevoli, l-awtoritajiet jaġixxu mingħajr biża’ u favur u ħadd ma jħoss ’il fuq mil-liġi, il-prospetti li s-saltna tad-dritt f’Malta tissaħħaħ ma tantx se jkunu tajbin. S’ issa dawn ir-riformi kienu ftit wisq, bil-mod wisq u tard wisq.