Kif jgħidu, il-prevenzjoni hi aħjar mill-kura. Bħal kull pajjiż ieħor ‘il barra mill-UE, ir-riskju fil-kapaċità tas-sistema tal-kura tas-saħħa fl-istati membri li qed teċċedi fil-ġimgħat li ġejjin huwa estremament għoli. Huma u jitgħallmu minn pajjiżi li qed iġarrbu ħafna minn din il-marda, bħaċ-Ċina u l-Italja, fejn l-isptarijiet huma mimlija bil-pazjenti, l-istati membri qed jaħdmu biex jikkontrollaw l-effetti tal-coronavirus, inkluż fuq is-sistema tas-saħħa, billi jintroduċu miżuri preventivi u effettivi kontra l-infezzjoni.

Stati membri, per eżempju, qed jaħdmu qatigħ fit-tnaqqis tat-trasmissjoni fil-komunità, u dan permezz tal-introduzzjoni ta’ miżuri biex wieħed jiddistanza ruħu soċjalment. Dan qed isir bl-għeluq ta’ istituzzjonijiet edukattivi u skejjel, l-għeluq tal-ħwienet u sejħiet liċ-ċittadini biex kemm jista’ jkun jibqgħu d-dar.

Miżura oħra f’din il-linja strateġika hi dik li dwar l-iżolament ta’ persuni li jispiċċaw infettati.

Madankollu, l-effetti ta’ din il-pandemija huma ħafna iżjed wiesa’. In-negozji u l-ekonomija huma mbassra li jbatu b’riżultat ta’ din il-pandemija.

Il-Kummissjoni Ewropea wiegħdet li tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex timmitiga l-konsegwenzi tal-pandemija.

· Biex tassigura l-provvisti neċessarji lis-sistemi tas-saħħa tagħna billi tippriserva l-integrità tas-Suq Waħdieni u tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni;

· Biex tappoġġja lin-nies sabiex id-dħul u l-impjiegi ma jkunux affettwati b’mod żbilanċjat u biex ikun evitat l-effett permanenti ta’ din il-kriżi;

· Biex tappoġġja lid-ditti u tassigura li l-likwidità tas-settur finanzjarju tagħna tkun tista’ tappoġġja l-ekonomija;

· U biex tħalli lill-istati membri biex jaġixxu b’mod deċisiv b’mod koordinat, bl-użu ta’ flessibbiltà sħiħa tal-Qafas dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Patt tal-Istabbiltà u t-Tkabbir.

Il-Kummissjoni ħabbret numru ta’ linji gwida u miżuri. Xi wħud huma dawn:

Id-Drittijiet tal-Passiġġieri, il-miżuri tal-fruntieri, miżuri relatati mas-saħħa, il-Kummissjoni ħarġet Komunikat dwar l-aspetti ekonomiċi tal-kriżi tal-Coronavirus, Informazzjoni bi tweġiba għall-Coronavirus fl-UE.

Jekk tixtieq iżjed informazzjoni dwar it-tweġiba tal-UE għall-COVID-19, ibgħat email lil info.meusac@gov.mt