Programm ġdid ta’ Finanzjament tal-UE biex Jitjieb id-Djalogu Soċjali Ewropew
Id-djalogu soċjali huwa l-pedament tad-demokrazija u tal-mudell soċjali Ewropew. B’rikonoxximent tal-importanza tad-djalogu soċjali, il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Programm tal-Prerogattivi Soċjali u Linji ta’ Kompetenzi Speċifiċi (SOCPL).
Matul l-2021-2027 dan il-programm ta’ finanzjament se jippromwovi d-djalogu soċjali Ewropew, il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali u studji biex jippromwovu politiki aħjar fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE).
Bħalissa hemm opportunità ta’ finanzjament taħt dan il-programm bit-titlu ‘Miżuri ta’ informazzjoni u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema’. L-għan ta’ din is-sejħa hu l-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema biex jindirizzaw, fil-livell tal-UE jew transnazzjonali, sfidi relatati mal-bidliet fl-impjiegi, ix-xogħol u d-djalogu soċjali. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-1 ta’ Ġunju 2022.
Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) jistgħu jipprovdu appoġġ kemm fil-proċess ta’ applikazzjoni għal finanzjament mill-UE kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE. Jekk jogħġbok ikkuntattja lis-SEM fuq 2200 3300, info.sem@gov.mt
jew billi żżur is-sit www.sem.gov.mt għal aktar informazzjoni.