Garanzija ġdida tat-tfal – Għid tiegħek
Fl-Unjoni Ewropea, kważi wieħed minn kull erbat itfal jibqgħu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Dan ifisser li mhux it-tfal kollha fl-UE għandhom aċċess għas-servizzi li jeħtieġu għall-ħarsien u l-iżvilupp tagħhom.
Sabiex tindirizza din is-sitwazzjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen, fil-linji gwida politiċi tagħha, ħabbret l-adozzjoni ta’ Garanzija tat-Tfal sabiex ikun assigurat li kull tifel u tifla fl-Ewropa fir-riskju tal-faqar jew esklużjoni soċjali għandhom aċċess “għall-aktar drittijiet bażiċi bħal il-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni”.
Il-Garanzija tat-Tfal se tkun strument importanti għall-Istrateġija Ewropea u komprensiva li jmiss dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li wkoll se tkun addottata matul l-ewwel tliet xhur tal-2021. Din l-istrateġija tistabbilixxi li tiġbor flimkien l-inizjattivi u azzjonijiet tal-UE, eżistenti u dawk li għad iridu jsiru, li jipproteġu u jappoġġjaw lit-tfal f’qafas politiku wieħed u koordinat.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex l-opinjonijiet ta’ amministrazzjonijiet nazzjonali u lokali, dawk li jipprovdu s-servizz, iċ-ċittadini – inkluż it-tfal – u s-soċjetà ċivili biex is-servizzi bażiċi għat-tfal kollha fil-bżonn fl-Ewropa jkunu assigurati.
Il-konsultazzjoni tibqa’ għaddejja sas-7 ta’ Ottubru 2020.
Agħti l-opinjoni tiegħek – Garanzija Ewropea tat-Tfal.
Kuntest politiku – Garanzija tat-Tfal għal tfal vulnerabbli.