Irreaġixxi għal Ewropa Soċjali iktar b’saħħitha u iżjed sostenibbli
Il-pandemija COVID-19 u r-riżultat tagħha ġew iddokumentati b’mod konsiderevoli matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Minħabba r-riperkussjonijiet, l-Unjoni Ewropea aġixxiet għal irkupru b’saħħtu mill-pandemija, kemm minn perspettiva ekonomika kif ukoll mill-perspettiva soċjali.
L-Unjoni Ewropea trid tirkupra b’mod sostenibbli filwaqt li tmexxi ‘l quddiem f’oqsma relatati mal-klima u d-diġitalizzazzjoni.
Sabiex it-tħejji għat-triq ‘il quddiem, it-transizzjoni wara dan il-perijodu ta’ żmien bla preċedent trid tkun inklussiva u m’għandhiex taffettwa b’mod negattiv liċ-ċittadini fqar jew lill-istati membri.
L-Unjoni Ewropea qed taġixxi b’mod deċiżiv hekk kif qed tħares kemm lejn l-isfidi u lejn l-opportunitajiet li l-kontinent irid jindirizza fis-snin li ġejjin. L-Ewropa qatt qabel ma kellha teħtieġ impenn b’saħħtu biex ittejjeb il-proċessi eżistenti u tħares il-futur taċ-ċittadini tagħha.
Għal dan il-għan, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jaħdem għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea qed ikun ippreparat. Qabel ma tippreżentah fil-bidu tal-2021, il-Kummissjoni Ewropea nediet diskussjoni wiesgħa fejn kull parti interessata tista’ tikkontribwixxi.
Il-kontribuzzjonijiet għad-diskussjoni jistgħu jsiru online u huma miftuħin sat-30 ta’ Novembru 2020.