It-tim ĠEMMA tella’ kalkulatur ġdid –  “Il-Kalkulatur tal-Kapaċità tal-Akkwist bl-Inflazzjoni”.  IL-KALKULATUR TA’ ĠEMMA BILLI TIKKLIKKJA HAWN

Il-prezzijiet għandhom mod kif jiżdiedu minn sena għal sena, għalhekk ħafna mill-prodotti u s-servizzi li nixtru għandhom it-tendenza li jiswew aktar is-sena d-dieħla milli jagħmlu issa. Din tissejjaħ inflazzjoni. Wara ċertu snin, anke żidiet żgħar fil-prezzijiet annwali iwasslu biex ħafna prodotti u servizzi jsiru aktar għoljin. Pereżempju, l-ispiża għal ħobża Maltija żdiedet minn €0.16 fl-1992 għal €0.99 fl-2020.

Mod ieħor kif tħares lejn iż-żieda fil-prezzijiet huwa li l-kapaċità tal-akkwist tal-ewro tiegħek tonqos maż-żmien.  Għalhekk, jekk inżommu l-istess eżempju ta’ hawn fuq il-prezz tal-ħobż Malti, illum huwa ta’ 6.2 darbiet ogħla mill-ispiża tal-istess ħobż 28 sena ilu.

Il-Kalkulatur tal-Kapaċità tal-Akkwist bl-Inflazzjoni jħallik tara kif l-inflazzjoni taffettwa l-kapaċità tal-akkwist ta’ flusek.  Hawnhekk hawn eżempju.

  • Għandek tfaddil ta’ €25,000 (taqsima fil-kalkulatur imsemmija ‘Current Value’) fl-2020 (taqsima fil-kalkulatur imsemmija ‘Starting Year’).
  • Jekk wieħed jassumi rata ta’ inflazzjoni ta’ 1% (taqsima fil-kalkulatur imsemmija ‘Inflation Rate’) fuq perjodu ta’ 10 snin sal-2030 (taqsima fil-kalkulatur imsemmija ‘Target Year’) il-kapaċità tat-tfaddil tiegħek ta’ €25,000 se taqa’ għal €22,632 (taqsima fil-kalkulatur imsemmija ‘Value in Real Terms at Target Years’).

Il-figura ta’ hawn taħt tirrappreżenta kif il-kalkulatur jistma l-impatt tal-inflazzjoni fuq il-flus.