L-artist irid ikun iżjed kuraġġuż u jitkellem fuq kwistjonijiet li jolqtu lis-soċjetà Maltija
Malta teħtieġ komunità kulturali li tkun kuraġġuża biżżejjed biex titkellem u taffronta l-kwistjonijiet u l-isfidi tal-lum.
Mark Schembri – artist, karikaturist u attur – jemmen li l-libertà tal-espressjoni hija aspett fis-soċjetà Maltija li ħadet daqqa ta’ ħarta u għadha taqla t-tumakki saħansitra fil-livell artistiku u kulturali.
Voice of the Workers staqsa lil Mark kif janalizza s-settur kulturali ta’ Malta
Xi jfissru, għal Mark Schembri, il-kliem high culture?
Staqsejt lill-artist u karikaturist jekk jaqbilx li l-COVID-19 ġab ċertu inċertezza għal ħafna professjonisti f’dan il-qasam.
Madankollu, il-pandemija laqtet lil Mark b’mod pożittiv.
Mark Schembri jħoss li l-Malti jrid japprezza iżjed lilu nnifsu. Moħħna biex infaħħru s-sabiħ ta’ pajjiżi barranin iżda ma napprezzawx il-kultura għanja ta’ pajjiżna.
Mark Schembri żied li jista’ jkun il-każ li l-Malti qed ikun iżjed infurmat dwar il-kulturi barranin imma mbagħad qed jagħti bis-sieq dik li hija tiegħu. Dak li jagħmel bniedem sħiħ hu li jitgħallem japprezza għax meta japprezza jispiċċa biex ikun kreatur.