{"id":4120,"date":"2020-11-03T12:27:06","date_gmt":"2020-11-03T11:27:06","guid":{"rendered":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/?post_type=article&#038;p=4120"},"modified":"2020-11-12T11:41:47","modified_gmt":"2020-11-12T10:41:47","slug":"ix-xoghol-siewi-tal-uhm-qed-jigi-mfixkel-fil-wasteserv","status":"publish","type":"article","link":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/article\/ix-xoghol-siewi-tal-uhm-qed-jigi-mfixkel-fil-wasteserv\/","title":{"rendered":"Ix-xog\u0127ol siewi tal-U\u0126M qed ji\u0121i mfixkel fil-Wasteserv"},"content":{"rendered":"\n<p>U\u0126M Voice of the Workers lesta tie\u0127u l-passi kollha li tag\u0127tiha l-li\u0121i biex tiddefendi d-drittijiet tal-\u0127addiema tal-Wasteserv u mhu se t\u0127alli lil \u0127add ixekkel ix-xog\u0127ol li g\u0127amlet matul is-snin&nbsp; li gawda minnu kul\u0127add.<\/p>\n\n\n\n<p>L-impressjoni li qed tipprova ting\u0127ata li qed topponi xi bidliet li minnhom igawdu l-\u0127addiema hi totalment \u017cbaljata. Il-U\u0126M dejjem iddefendiet dak li hu tal-\u0127addiem u twissi li mhux a\u010b\u010bettabbli li ta\u2019 kull xahar ikun hemm \u017cbalji fil-pagi, sahra nieqsa, leave imwaqqaf, allowances mwieg\u0127da u mhux mg\u0127otija, nuqqas t\u2019uniformijiet u bosta problemi o\u0127ra.&nbsp; Kif jista\u2019 l-impjegat ja\u0127dem b\u2019sodisfazzjoni jekk l-aktar affarijiet fundamentali mhux qed jing\u0127atawlu?<\/p>\n\n\n\n<p>Kwistjonijiet o\u0127ra mal-mani\u0121ment huma dwar twaqqif ta\u2019 mpjegati tal-kuntrattur fuq ra\u0121unijiet in\u0121usti, b\u0127al u\u017cu ta\u2019 sick leave, problemi ta\u2019 sa\u0127\u0127a u mhux skont il-pro\u010beduri tal-ftehim kollettiv. Il-U\u0126M tinsab im\u0127assba wkoll fuq il-fatt li l-\u0127addiema qed jib\u017cg\u0127u li jekk isegwu d-direttivi ji\u0121u penalizzati jew imke\u010b\u010bija.&nbsp; Dan qed isir bi ksur tad-dritt fundamentali tal-\u0127addiem, fejn il-Unjin tkun qed toffri kull g\u0127ajnuna u sapport g\u0127ad-drittijiet tal-membri tag\u0127ha.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-mani\u0121ment tant ma\u2019 g\u0127andux fidu\u010bja fil-\u0127addiema, li \u017cied il-kameras tas-sigurt\u00e0 f\u2019postijiet li ma ji\u0121\u0121ustifikawx tali mi\u017cura, minflok jie\u0127u \u0127sieb il-periklu kontinwu li qed ikunu esposti g\u0127alih l-istess \u0127addiema waqt li jg\u0127addu minn triq perikolu\u017ca fl-impjant tal-Mag\u0127tab.<\/p>\n\n\n\n<p>Dwar dawn il-kwistjonijiet il-U\u0126M qed tintervjeni regolarment fl-interess tal-\u0127addiema.<\/p>\n\n\n\n<p>Sfortunatament, dan l-a\u0127\u0127ar bosta de\u010bi\u017cjonijiet ittie\u0127du mill-mani\u0121ment ming\u0127ajr konsultazzjoni, b\u2019detriment g\u0127all-\u0127addiema, i\u017cda l-U\u0126M mhux ser ta\u010b\u010betta li&nbsp; t-tmexxija tal-Wasteserv tg\u0127addi b\u0127al gaffa minn fuq l-impjegati.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-U\u0126M tfakkar li tat sehemha biex ma jintilfux impjiegi u pagi fl-a\u010b\u010bident ikrah tal-2017 meta l-impjant ta\u2019 Marsascala \u0127a n-nar.&nbsp; L-Unjin kienet hemm ukoll biex tassigura li l-\u0127addiema tal-kuntrattur jibqg\u0127u jgawdu mill-kundizzjonijiet u \u017cidiet tal-ftehim kollettiv tal-kumpanija, avolja qed iddur informazzjoni qarrieqa ma\u0127ru\u0121a minn shop stewards ta\u2019 Unjin o\u0127ra.&nbsp; Il-\u0127addiema tal-kuntrattur jistg\u0127u jserr\u0127u rashom li l-kundizzjonijiet tag\u0127hom huma marbuta mal-ftehim kollettiv pre\u017centi, u dan permess ta\u2019 klaw\u017cola li tinsab fil-kuntratt bejn il-Wasteserv u l-OZO Services Limited.<\/p>\n\n\n\n<p>Dawn ir-ri\u017cultati po\u017cittivi ntla\u0127qu permezz tar-rikonoxximent li g\u0127andha l-U\u0126M fost il-\u0127addiema tal-Wasteserv u l-interventi kontinwi biex il-pagi u l-kundizzjonijiet jkunu protetti.&nbsp; Il-U\u0126M apparti li tirrapre\u017centa l-\u0127addiema tal-kumpanija u anke tal-kuntrattur, kemm il-darba dehret f\u2019isimhom quddiem il-Qorti u anke d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Kundizzjonijiet tax-Xog\u0127ol.&nbsp;&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p>Il-fidu\u010bja tal-\u0127addiema lejn il-U\u0126M, kienet u g\u0127adha hemm, kif jidher fi\u017c-\u017cieda kontinwa ta\u2019 membri, b\u0127al grupp s\u0127i\u0127 ta\u2019 \u0127addiema mil-impjant ta\u2019 Marsascala li \u0121ew impjegati ri\u010bentement.&nbsp; Dan l-a\u0127\u0127ar il-Unjin \u0121abet ukoll ir-rikonoxximent tal-gradi mani\u0121erjali, fejn ser ikompli x-xog\u0127ol biex jissawwar ftehim kollettiv \u0121did g\u0127al dawn l-impjegati li jaqg\u0127u ta\u0127t Direttiva 7.<\/p>\n\n\n\n<p>Il-U\u0126M Voice of the Workers kienet il-Unjin li g\u0127amlet il-ftehimi kollettivi kollha fil-Wasteserv u kontinwament tejbet il-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol tal-impjegati tal-kumpanija u tal-kuntrattur.&nbsp; I\u017c-\u017cew\u0121 ftehimi kollettivi li saru, huma meqjusa b\u0127ala mudelli g\u0127all-postijiet tax-xog\u0127ol simili fis-settur privat.<\/p>\n\n\n\n<p>X\u2019inhu l-interess ta\u2019 dan l-artiklu li deher jiem biss wara li l-Wasteserv tilfet mandat fil-Qorti meta ppruvat twaqqaf il-U\u0126M milli tie\u0127u azzjoni industrijali?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>U\u0126M Voice of the Workers lesta tie\u0127u l-passi kollha li tag\u0127tiha l-li\u0121i biex tiddefendi d-drittijiet tal-\u0127addiema tal-Wasteserv u mhu se t\u0127alli lil \u0127add ixekkel ix-xog\u0127ol li g\u0127amlet matul is-snin&nbsp; li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":4121,"menu_order":0,"comment_status":"open","ping_status":"open","template":"","format":"standard","meta":{"_mi_skip_tracking":false,"spay_email":""},"issuem_issue":[188],"issuem_issue_categories":[28],"issuem_issue_tags":[],"translation":{"provider":"WPGlobus","version":"2.8.8","language":"en","enabled_languages":["mt","en"],"languages":{"mt":{"title":true,"content":true,"excerpt":false},"en":{"title":false,"content":false,"excerpt":false}}},"_links":{"self":[{"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/article\/4120"}],"collection":[{"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/article"}],"about":[{"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/types\/article"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=4120"}],"version-history":[{"count":1,"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/article\/4120\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":4122,"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/article\/4120\/revisions\/4122"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media\/4121"}],"wp:attachment":[{"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=4120"}],"wp:term":[{"taxonomy":"issuem_issue","embeddable":true,"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/issuem_issue?post=4120"},{"taxonomy":"issuem_issue_categories","embeddable":true,"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/issuem_issue_categories?post=4120"},{"taxonomy":"issuem_issue_tags","embeddable":true,"href":"http:\/\/weekly.uhm.org.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/issuem_issue_tags?post=4120"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}